Laqgħa importanti oħra fi Greystanes

Saret laggha importanti fis-sala tal-knisja ta’ OLQOP ta’Greystanes meta i-Grupp tal-Anzjani tal-lokalita
ingħaqdu mal-Maltese Welfare ħalli jisimgħu lil Marie Louise Muscat, il-financial adviser tal-Fiducian Financial
Services tispjega l-aħħar tibdil li sar filpensjonijiet u s-superannuation.Dawn il-laqgħat dejjem jiġbdu lejhom
attendenzi kbar għax jolqtu fil-laħam il-
ħaj ta’ kull pensjonat. Għalkemm is-suġ-
ġett hu xi ftit ikkumplikat iżda s-sinjura
Muscat taf tispjega sewwa u titkellem
ma’ dawk li jattendu bil-Malti.
Il-grupp ta’ Greystanes jiltqa’ kull tieni
Tnejn tax-xahar fis-sala San Gorg Preca
bejn l-10 a.m. u nofsinhar. Għal aktar
tagħrif ċempel 0414 863 123.

Loading