Quiet Achievers Night of Recognition 2018

Mr. Lawrence Dimech. Opening Speech
Nathalie Gatt MC
Frances Montesin
Ludwig Galea. Musical Interlude
Part of the audience
Part of the audience
Special Award of Appreciation to Dominican Sisters of Malta in NSW
Special Award to Doris Grima For Contribution to the Maltese Welfare NSW

 

 

 

 

 

 

 

Qalulhom grazzi f’lejla suċċess

Kull sena fis-sala ferm addattat, f’St Dominic Home for the Elderly fi Blacktown NSW issir il-Quiet Achiever – Night of Recognition organiżżat mill Maltese Welfare (NSW) Inc. fejn għadd ta’ Maltin jigu mgħotija għarfien xieraq minħabba x-xogħol tagħhom fil-qasam tal-volontarjat kemm jekk dan ikun mal-Maltin bħalhom u anke wkoll mal-komunita’ ġenerali.

Dis-sena kienet it-18 –il darba. Kien hemm sala mimlija li attendiet għall serata tassew speċjali u organizzata b’dinjita li tixraq għal min jaħdem b’sinċerita’ fil-qasam tal-volontarjat.

Gew magħrufa għaxar persuni ndiwidwali u koppja. Saru ukoll żewg għotjiet speċjali waħda lil Doris Grima li wara ħafna snin fil-kumitat ta’ The Maltese Welfare (NSW) se tmur lura Malta kif ukoll lis-sorijiet Dumnikani li dis-sena għalqu 30 sena fil-ħidma tagħhom fost ix-xjuh fil-komunita’.

Lawrence Dimech, il-President ta’ The Maltese Welfare (NSW) fakkar li din l-għaqda daħlet fil-41 sena tal-ħidma tagħha u għadha sal-lum toffri s-servizzi tagħha għalkemm ħafna mill-ħtegijiet illum inbidlu. Hu rringrazzja lil dawk li ta’ kull sena jieħdu l-inizjattiva li jinnominaw persuni li jixirqilhom għarfien.

Wiehed minn dawk li rcieva għarfien kien Sam Camilleri li tkellem ma’ The Voice of the Maltese fejn qalilna kemm kien kuntenti b’dak li gie organiżżat. Ħassu kburi bhala Malti għax kienet ċeremonja li zammet id-dinjita’ f’kull aspett, lejla professjonali.

Fis-sessjoni mużikali li saret tant mistennija għax dejjem tattira l-aħjar talent kien hemm il-magħruf tenur Belti, Ludwig Galea li kien għadu kemm wasal minn Malta f’dak il-jum stess. Huwa kanta b’kapaċita kbira u gie milqugħ b’standing ovation.

Il-preżentazzjonijiet taċ-ċertifikati saru mis-sinjura Marie Louise Muscat tal-Fiducian Financial Services waqt li d-diskors tal-għeluq sar minn Mark Caruana wieħed mill-fundaturi ta’ Maltese Welfare. Marlene Dimech ipprezentat bukkett fjuri lil Sister Giorgina bħala ringrazzjament tal-ko-operazzjoni li joffru s-sorijiet Duminikani f’din il-lejla memorabbli.

L-MC kienet Nathalie Gatt li mexxiet il-programm tajjeb ħafna waqt li Frances Montesin. Joe Borg, Rita Kassas u Lawrence Gatt kellhom ukoll partijiet important biex din il-lejla tkun suċċess.

Ritratti: Rita Kassas

Marie Louis Muscat Presenting Award to: Carmen Barbara

 

 

 

 

 

Lina Magro
Carol Vella
Cynthia Villar
Jimmy & Katie Zammit
Grace Camilleri
Sam Camilleri
Agnes Caruana
Marthese Caruana
Mary Fabri
Charles Galea

Loading