Quiet Achievers Night of Recognition 2018
This gallery contains 1 photo.

Mr. Lawrence Dimech. Opening Speech

Frances Montesin

Part of the audience
Qalulhom grazzi f’lejla suċċess
Kull sena fis-sala ferm addattat, f’St Dominic Home for the Elderly fi Blacktown NSW issir il-Quiet Achiever – Night of Recognition organiżżat mill Maltese Welfare (NSW) Inc. fejn għadd ta’ Maltin jigu mgħotija għarfien xieraq minħabba x-xogħol tagħhom fil-qasam tal-volontarjat kemm jekk dan ikun mal-Maltin bħalhom u anke wkoll mal-komunita’ ġenerali.
Dis-sena kienet it-18 –il darba. Kien hemm sala mimlija li attendiet għall serata tassew speċjali u organizzata b’dinjita li tixraq għal min jaħdem b’sinċerita’ fil-qasam tal-volontarjat.
Gew magħrufa għaxar persuni ndiwidwali u koppja. Saru ukoll żewg għotjiet speċjali waħda lil Doris Grima li wara ħafna snin fil-kumitat ta’ The Maltese Welfare (NSW) se tmur lura Malta kif ukoll lis-sorijiet Dumnikani li dis-sena għalqu 30 sena fil-ħidma tagħhom fost ix-xjuh fil-komunita’.
Lawrence Dimech, il-President ta’ The Maltese Welfare (NSW) fakkar li din l-għaqda daħlet fil-41 sena tal-ħidma tagħha u għadha sal-lum toffri s-servizzi tagħha għalkemm ħafna mill-ħtegijiet illum inbidlu. Hu rringrazzja lil dawk li ta’ kull sena jieħdu l-inizjattiva li jinnominaw persuni li jixirqilhom għarfien.
Wiehed minn dawk li rcieva għarfien kien Sam Camilleri li tkellem ma’ The Voice of the Maltese fejn qalilna kemm kien kuntenti b’dak li gie organiżżat. Ħassu kburi bhala Malti għax kienet ċeremonja li zammet id-dinjita’ f’kull aspett, lejla professjonali.
Fis-sessjoni mużikali li saret tant mistennija għax dejjem tattira l-aħjar talent kien hemm il-magħruf tenur Belti, Ludwig Galea li kien għadu kemm wasal minn Malta f’dak il-jum stess. Huwa kanta b’kapaċita kbira u gie milqugħ b’standing ovation.
Il-preżentazzjonijiet taċ-ċertifikati saru mis-sinjura Marie Louise Muscat tal-Fiducian Financial Services waqt li d-diskors tal-għeluq sar minn Mark Caruana wieħed mill-fundaturi ta’ Maltese Welfare. Marlene Dimech ipprezentat bukkett fjuri lil Sister Giorgina bħala ringrazzjament tal-ko-operazzjoni li joffru s-sorijiet Duminikani f’din il-lejla memorabbli.
L-MC kienet Nathalie Gatt li mexxiet il-programm tajjeb ħafna waqt li Frances Montesin. Joe Borg, Rita Kassas u Lawrence Gatt kellhom ukoll partijiet important biex din il-lejla tkun suċċess.
Ritratti: Rita Kassas
Quiet Achievers 2015
This gallery contains 29 photos.
Moghtija gharfien annwali fil-qasam tal-volontarjat
Issir kull sena, izda l-organizzaturi dejjem isibu metodu kif dan l-avveniment jigi pprezentat b’mod professjonali u differenti.
Quddiem sala ppakkjata bin-nies, il-Maltese Welfare (NSW) ipprezentaw il-Quiet Achievers – Night of Recognition li dis-sena kienet il-15-il darba. 13-il persuna ta’ nisel Malti gew onorati ghax-xoghol li wettqu fil-qasam tal-voluntarjat fl-isferi differenti tal-komunita’ generali.
Dan huwa wiehed mill-avveniment li jsiru waqt NSW Seniors’ Week li dis-sena kellha bhal tema taghha “Be Inspired”. Certament dawk li rcevew c-certifikat tal-gharfien bix-xoghol u l-ezempju taghha jispiraw lil dawk ta’ madwarhom.
Kif qal sewwa l-President tal-Maltese Welfare (NSW), Lawrence Dimech “is-sodisfazzjoni ta’ min jaghmel xoghol voluntarju ma jigix mill-flus jew mis-successi persunali, izda mill-fatt li dawn qeghdin jikkontribwixxu biex titjieb il-kalita’ tal-hajja tan-nies. Dan hu l-akbar valur tax-xoghol voluntarju”.
Dawk li hadu l-unuri kienu: Frank u Marlene Baldacchino minn Pemulwuy, Ronnie Borg minn Old Toongabbie, Emanuel Debono minn Gwandalan, Antonia Fenech minn Umina Beach, Josephine Grima minn Horsley Park, Lycia Manche minn Fairfield Heights, Doris Meilak minn Greystanes, Christine Sapienza minn Moorbank, Charles Scicluna minn Gorokan, Catherine Vella minn Russell Lea, Joe Vella minn Blacktown u Charles Zarb minn Greystanes
Ghal din il-lejla li saret fl-Annunciation Hall tad-Dar tal-Anzjani San Duminku fi Blacktown attendew, barra r-resident tad-dar, Sister Giorgina Sultana u s-sorijiet l-ohra, ic-cerman tal-board tad-diretturi, l-Assoc:Prof Stephen Gatt, ic-CEO l-gdid Martin Todorovitch kif ukoll l-Membri tal-Parlament Statali, John Robertson (Blacktown) u Andrew Rohan (Smithfield), is-Sindku ta’ Holroyd Greg Cummings u s-sinjura tieghu, il-Kunsilliera Lisa Lake u Marie Louis Muscat mill-Fiducian Financial Services li sponserjaw din il-lejla u zewgha Frank.
Bhala sezzjoni muzikali kien hemm il-popolari Joe Apap li tassew ferrah u nissel nostalgija bl-ghazla muzikali tieghu.
Il-prezentazzjoni tac-certifikati saru miin John Robertson MP u Andrew Rohan MP waqt li dan tal-ahhar ghamel ukoll id-diskors tal-gheluq. Frances Montesin u Doris Grima kienu l-qarreja waqt li Nathalie Gatt kienet l-MC. Lawrence Gatt kien il-ko-ordinatur tal-lejla. Il-Maltese Welfare haqqhom prosit ta’ prezentazzjoni ohra li ghamlitina l-unur.
Another successful Quiet Archivers Award Night of Recognition 2015
Thank you to all participants and Committee.
Kif taffronta li stress
This gallery contains 6 photos.
Wahda mil-iktar sessjonijiet interessanti li qatt organizzaw l-Maltese Welfare (NSW) kienet meta, bhala mistieden kien hemn il-psikologu Anthony Sciberras li tkellem dwar l-istrett, kemm dak fiziku u kemm mentali suggett li jolqot lil kulhadd. Spjega sewwa kif l-ahjar li naffrontaw dawn t-tensjonijiet u rnexxilu wkoll jistimola u jdahhal lil dawk prezenti li mlew is-sala fid-diskussjoni.
Il-psikologu Sciberras twieled l-Awstralja minn geneturi Maltin. Missieru kien jilghab il-futball mal-Hamrun Spartans.
Din kienet wahda mis-sensila ta’ lejliet ta’ Informazzjoni li jorganizzaw l-Maltese Welfare (NSW) li ghalihom dejjem ikun hemm sala mimlija
Nathalie Gatt tipprezenta rigal lill-psikolugu Anthony Sciberras.
Fl-istess lejla Marie Louise Musacat mill-Fiducian Financial Services ipprezentat kontribuzzjoni siwja f’forma ta’ sponsorship biex dawn il-lejliet ta’ nformazzjoni jkomplu jsiru fuq bazi regulari. Fir-ritratt jidher il-President, Lawrence Dimech jircievi c-cekk minn ghand Marie-Louis Muscat.
Quiet Achievers 2014
This gallery contains 35 photos.
On Wednesday, 19th March, the Maltese Welfare (NSW) Incorporated held its annual Quiet Achievers – Night of Recognition, as part of Seniors Week NSW. In front of a full hall at the auditorium of the Annunciation Hall at St Dominic’s Hostel, Blacktown NSW, fourteen Maltese individuals were awarded a Certificate of Recognition for the volunteering work they perform, and have been performing, right through the years. The help they provide, gratis, is not done exclusively among the Maltese community only, but spread among all the community. Proceedings began on the stroke of 7.30 pm with the MC Rita Kassas welcoming everyone and then proceeded to ask everyone to be upstanding for the Advance Australia Fair and l-Innu Malti. Maltese Welfare’s President, Lawrence Dimech was next to take the podium to welcome the distinguished guests and the awardees for the special evening. He reminded everyone of the importance of volunteering and encouraged the younger generation to continue the sterling work, that the persons who are being given recognition on the evening, have done by contributing their share to society in helping others less fortunate. Entertainers the Mifsud Brothers Sam and Tony kept the audience spellbound with his rendition of various beautiful Maltese and English melodies. in between songs they got into there comedian mode and leaves everyone bursting with laughter. Marlene Dimech and Doris Grima, in English and in Maltese respectively, introduced the persons being given recognition to the audience and asked them to come on stage to receive their certificates from The Hon Andrew Rohan MP. Nathalie Gatt presented Sr Georgina with a bouquet of flowers as token of appreciation for the help the Maltese Welfare receives each year during the organising of the QA event. Also attending for this prestigious event were The opposition leader of NSW the Hon Mr. John Robertson, MP and Marie Louise Muscat from Fiducian Financial Service, who are the sponsors of the Maltese Welfare (NSW) Inc., together with many representatives of Maltese organisations in NSW. The President of the Maltese Welfare ( NSW) Inc. Mr Lawrence Dimech OAM MOM JP ended the proceedings on the podium with a speech where he praised the Maltese Welfare for the work that it does for the benefit of the Maltese community and also thanked the recipients of the award for the good work they perform throughout the year. The recipients of the certificates being given recognition on the night were: Joseph and Connie Apap . Lilian Attard. Gerry Carabez .Tony Fenech. Dorothy Gatt. Sam Gatt. Emanuel Grech. Joseph and Elsie Magro. Giovanna Matkovic. Victoria Mizzi. Fr Carmelo Schiberras. Joseph Zahra. The evening concluded with light refreshment where everyone intermingled. Photos of the event.